Monthly Archive November 27, 2022

ByHermann Farrugia Frantz

STUDENTI JAGĦMLU L-EŻAMIJIET TAT-TEORIJA TAL-MUŻIKA

Ħdax-il student mill-Amante Attard School of Music fi ħdan il-Banda 12th May għamlu l-eżamijiet tat-teorija tal-mużika tal-London College of Music (University of West London) nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru 2022. Nieqsa fir-ritratt Jacob Cilia Bondin u Mikael Borg. Nawgurawlhom kull suċċess.
Minn jixtieq jitgħallem il-mużika magħna jista’ jiġi l-każin is-Sibt bejn it-8.30am u nofsinhar jew għamlu appuntament fuq 99256211.