
OUR STUDENTS WITH THE MALTA YOUTH ORCHESTRA, WELL DONE
Wara din il-Hunt il-partiċipanti tfal qegħdin jiltaqgħu mall-kompożituri on line sabiex joħolqu l-mużika, jipprattikaw, jorganizzaw u jirrekordjaw produzzjoni li ser jippreżentaw lilna.
L-esperjena ta’ dan kollu, it-tħabbira tal-grupp rebbieħ tal-Hunt u l-mużika ppreparata mill-gruppi ser tkun ippreżentata NHAR IL-ĦADD 26 TA’ APRIL FL-4pm live fuq il-paġna ta’ facebook tat-12th May Band & Social Club. Ingħaqdu magħna għal din l-esperjenza mill-isbaħ sabiex nieħdu gost flimkien u nuru l-apprezzament tagħna għall-abiltajiet artistiċi tal-parteċipanti kollha. Segwuna.
Hermann Farrugia Frantz
Direttur Mużikali
Huwa mportanti li segwu din il-paġna ta’ facebook sabiex iżżommu aġġornati speċjalment f’dan iż-żmien li ma jistgħux isiru attivitajiet soċjali.
Keep Safe
Hermann Farrugia Frantz
Direttur Skola tal-mużika
20 ta’ Marzu, 2020
Għeżież studenti/ġenituri/gwardjani,
Bħal ma ħabbart fil-bidu ta’ din il-ġimgħa li l-iskola tal-mużika Amante Attard School of Music (AASM) fi ħdan il-Banda 12th May kienet lesta li tagħmel il-lezzjonijiet tal-mużika on line f’każ li jinħass il-bżonn. Kif jaf kulħadd ġie mħabbar li l-iskejjel mhux ser jerġgħu jibdew nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, 2020, kif kien previst. Għalhekk inħossu li dan huwa l-mument li nkomplu l-lezzjonijiet tal-mużika on line.
Is-sitt għalliema fl-AASM qed jagħmlu kuntatt mall-istudenti sabiex jiġu organiżati dawn il-lezzjonijiet on line, minn issa sa kemm ikun hemm bżonn. Fil-fatt nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, 2020, ser jibdew il-lezzjonijiet on line.
Filwaqt li nirringrazzjakom tal-koperazzjoni sħiħa tagħkom,
Inselli għalikom,
Hermann Farrugia Frantz
Direttur AASM
99256211
It-Tlieta 17 ta’ Marzu, 2020
Għeżież studenti,
Bħal ma tafu għaddejjin minn sitwazzjoni xejn sabiħa u kontra qalbna kellna nwaqqfu l-lezzjonijiet tal-mużika mis-sede tas-Soċjeta’ tagħna. Jekk din is-sitwazzjoni ser tieħu fit-tul l-għalliema tagħna ser jagħtu l-lezzjonijiet b’xi tip ta’ video call. Kull għalliem ser jikkomunika magħkom kif ser jaħdem.
Ħudu ħsieb is-saħħa tagħkom u komplu studjaw l-istrument kuljum.
Nirringrazzjokom tal-attenzjoni.
Inselli għalikom
Hermann Farrugia Frantz Direttur AASOM