Author Archive Hermann Farrugia Frantz

ByHermann Farrugia Frantz

OUR STUDENTS WITH THE MALTA YOUTH ORCHESTRA (MYO)

OUR STUDENTS WITH THE MALTA YOUTH ORCHESTRA, WELL DONE

ByHermann Farrugia Frantz

KUNĊERT VIRTWALI nhar il-Ħadd 26 ta’ April fl-4pm bħala parti mill-proġett Scavenger Hunt – Making music through exploring

Sacavenger Hunt, huwa proġett għat-tfal li kellu jsir mis-7 sall-15 ta’ Marzu. Iżda ġara li wara l-ewwel attivita’ l-Awtoritajiet tas-Saħħa talbu li jinqata’ kull kuntatt soċjali, minħabba l-Covid 19 u għalhekk kellna nibdlu l-format tat-tieni u t-tielet attivita’. Fl-ewwel ġurnata saret il-Hunt nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu u kienet suċċess, tlett gruppi ta’ tfal daru u ġrew ma Ħaż-Żebbuġ kollu fejn ġew mitluba jfittxu postijiet ta’ nteress, kif ukoll fittxew u sabu affarijiet sabiex tellgħu kemm setgħu punti. Ma kull grupp kien hemm kompożitur (Mauro Farrugia, Albert Garzia, Steven Psaila) li għin lill-parteċipanti jispiraw ruħhom mill-ambjent ta’ madwarhom sabiex joħolqu l-mużika.

Wara din il-Hunt il-partiċipanti tfal qegħdin jiltaqgħu mall-kompożituri on line sabiex joħolqu l-mużika, jipprattikaw, jorganizzaw u jirrekordjaw produzzjoni li ser jippreżentaw lilna.

L-esperjena ta’ dan kollu, it-tħabbira tal-grupp rebbieħ tal-Hunt u l-mużika ppreparata mill-gruppi ser tkun ippreżentata NHAR IL-ĦADD 26 TA’ APRIL FL-4pm live fuq il-paġna ta’ facebook tat-12th May Band & Social Club. Ingħaqdu magħna għal din l-esperjenza mill-isbaħ sabiex nieħdu gost flimkien u nuru l-apprezzament tagħna għall-abiltajiet artistiċi tal-parteċipanti kollha. Segwuna.

 

Hermann Farrugia Frantz

Direttur Mużikali

ByHermann Farrugia Frantz

IL-MARĊ FUNEBRI fuq il-paġna ta’ fb tas-Soċjeta’ tagħna

Il-Ħamis 9 ta’ April fl-4pm ser tidher preżentazzjoni ta’ mużika u viżwali fuq il-marċ funebri fuq il-paġna ta’ fb tas-Soċjeta’ tagħna. Tkun ta’ interess għall-istudenti tal-Amante Attard School of Music li jaraw din il-preżentazzjoni li jien għamilt. Il-mantaġġ tal-preżentazzjoni hija ta’ Clint Camilleri.

Huwa mportanti li segwu din il-paġna ta’ facebook sabiex iżżommu aġġornati speċjalment f’dan iż-żmien li ma jistgħux isiru attivitajiet soċjali.

Keep Safe

Hermann Farrugia Frantz

Direttur Skola tal-mużika

 

ByHermann Farrugia Frantz

Lezzjonijiet tal-mużika on line minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu

 

20 ta’ Marzu, 2020

 

Għeżież studenti/ġenituri/gwardjani,

Bħal ma ħabbart fil-bidu ta’ din il-ġimgħa li l-iskola tal-mużika Amante Attard School of Music (AASM) fi ħdan il-Banda 12th May kienet lesta li tagħmel il-lezzjonijiet tal-mużika on line f’każ li jinħass il-bżonn.  Kif jaf kulħadd ġie mħabbar li l-iskejjel mhux ser jerġgħu jibdew nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, 2020, kif kien previst. Għalhekk inħossu li dan huwa l-mument li nkomplu l-lezzjonijiet tal-mużika on line.

Is-sitt għalliema fl-AASM qed jagħmlu kuntatt mall-istudenti sabiex jiġu organiżati dawn il-lezzjonijiet on line, minn issa sa kemm ikun hemm bżonn. Fil-fatt nhar it-Tnejn 23 ta’ Marzu, 2020, ser jibdew il-lezzjonijiet on line. 

Filwaqt li nirringrazzjakom tal-koperazzjoni sħiħa tagħkom,

 

Inselli għalikom,

 

 

Hermann Farrugia Frantz

Direttur AASM

99256211

 

ByHermann Farrugia Frantz

Komplu studjaw – Lezzjonijiet on line f’każ ta’ bżonn

It-Tlieta 17 ta’ Marzu, 2020

 

Għeżież studenti,

Bħal ma tafu għaddejjin minn sitwazzjoni xejn sabiħa u kontra qalbna kellna nwaqqfu l-lezzjonijiet tal-mużika mis-sede tas-Soċjeta’ tagħna. Jekk din is-sitwazzjoni ser tieħu fit-tul l-għalliema tagħna ser jagħtu l-lezzjonijiet b’xi tip ta’ video call. Kull għalliem ser jikkomunika magħkom kif ser jaħdem.

Ħudu ħsieb is-saħħa tagħkom u komplu studjaw l-istrument kuljum.

Nirringrazzjokom tal-attenzjoni.

Inselli għalikom

Hermann Farrugia Frantz                                                                                                                                                                                                      Direttur AASOM